Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://learning-corner.learning.europa.eu/index_mt
Hi ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit hu mmexxi mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni. Hu mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek).
Dan is-sit web hu ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fil-5 ta’ Diċembru 2023.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fit-8 ta’ Diċembru 2023.
Id-dikjarazzjoni hi bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web “Ir-Rokna għat-Tagħlim”. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- Formola ta’ kuntatt: Iktbilna (jekk jogħġbok żomm lura milli tipprovdi informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. kwalunkwe informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew kwalunkwe suġġett sensittiv ieħor).
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web “Ir-Rokna għat-Tagħlim” hu ddiżinjat biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin li l-aktar li jintużaw:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web “Ir-Rokna għat-Tagħlim” tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem b’taħlita partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web “Ir-Rokna għat-Tagħlim”, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufin u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufin għas-sit web “Ir-Rokna għat-Tagħlim”:
- Aċċessibbiltà tal-menù tan-navigazzjoni: Xi kontenut ma ġiex ikkodifikat kif suppost għall-aħjar esperjenza b’qarrej tal-iskrin. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sa Marzu 2024.
- Formola tal-feedback – messaġġi ta’ żball: Il-messaġġi ta’ żball fil-formola tal-feedback mhumiex assoċjati mal-qasam li fih instab l-iżball u ma jindikawx b’mod ċar f’liema qasam instab l-iżball. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni fl-2024.
- Captions tal-videos : Uħud mill-videos tagħna m’għandhomx captions. Qed naħdmu kontinwament biex inżiduhom ma’ aktar videos.
- Video player – aċċessibbiltà bil-keyboard: Aħna konxji li hemm xi kwistjonijiet mal-aċċessibbiltà bil-keyboard tal-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhux possibbli li tuża l-keys tal-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
- Ġerarkija tal-Intestaturi: Xi paġni ma jippreżentawx kontenut f’organizzazzjoni ġerarkika tal-intestaturi. Qed nippjanaw li nsolvu dan sa Marzu 2024.
- Captcha li tislajdja: Aħna konxji tal-kwistjonijiet bil-fokus tal-keyboard tas-slider. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni fl-2024. Hu importanti li wieħed jinnota li l-captcha li tislajdja mhix aċċessibbli għall-utenti torox-għomja.
- Kronoloġija tal-UE – Il-Quiżż L-UE U JIEN: dawn mhumiex aċċessibbli bl-użu biss tal-keyboard u xi kontenut għandu kuntrast baxx tal-kulur. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni sal-2024.
- Logħob: Ħafna mil-logħob mhux kompletament aċċessibbli għall-utenti tal-qarrej tal-iskrin, ma fihx alternattivi xierqa għat-test u mhuwiex aċċessibbli biss bl-użu tal-keyboard. Xi kontenut għandu kuntrast baxx tal-kulur. Xi logħob joffri verżjonijiet stampati f’format PDF li mhumiex kompletament aċċessibbli. Qed nippjanaw li nsolvu dawn il-problemi sal-2025.