PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK
Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.
Operazzjoni tal-ipproċessar: Ir-Rokna tat-Tagħlim
Il-Kontrollur tad-Data: Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Direttorat A, Unità A.2
Referenza tar-rekord: DPR-EC-03612
Introduzzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din l-istqarrija ta' privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita drittijietek, tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Din l-istqarrija ta' privatezza tikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fil-ġestjoni tas-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim, li hija amministrata mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Unità A.2, u mill-unitajiet responsabbli biex jittrattaw attivitajiet tal-ipproċessar relatati mar-Rokna tat-Tagħlim fid-dipartiment jew fis-servizz kompetenti tal-Kummissjoni.
Għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek? U kif?
Ir-Rokna tat-Tagħlim hija sit web li jipprovdi materjal u servizzi edukattivi, disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u hu ddedikat biex jiskopri l-UE b’mod divertenti. Ir-Rokna tat-Tagħlim hija mmirata l-aktar lejn studenti tal-iskola primarja u sekondarja u l-għalliema tagħhom u hija repożitorju ta’ logħob, kwiżżijiet, tagħlim u materjali tat-tagħlim li jiffokaw fuq l-UE u l-benefiċċji tagħha għaċ-ċittadini Ewropej. Is-sit web huwa ġestit mis-Servizz Editorjali u l-Komunikazzjoni Mmirata tad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
L-ipproċessar tad-data personali huwa bbażat fuq ir-reġistrazzjoni volontarja tal-utent ikkonċernat. Id-data tinġabar sabiex jiġu ffaċilitati l-operat u l-ġestjoni tas-servizzi online għar-Rokna tat-Tagħlim, li jistgħu jinkludu:
- logħob, kompetizzjonijiet u interazzjoni mal-parteċipanti fil-qasam tal-kompetizzjoni;
- forum online għall-utenti reġistrati;
- link għal ħanut online, li jippermetti lill-utenti jordnaw pubblikazzjonijiet direttament mis-sit web tar-Rokna tat-Tagħlim (DPR-EC-00449);
- formola ta’ rispons li fiha l-viżitaturi tas-sit ikunu jistgħu jipprovdu feedback fil-paġni li jkunu żaru, jirrappurtaw difetti/kwistjonijiet tekniċi, u jibagħtu kummenti spontanji dwar il-kontenut. Il-viżitaturi li jinteraġixxu b’dan il-mod huma mistiedna jipprovdu indirizz tal-email sabiex ikunu jistgħu jintalbu kjarifiki mingħandhom jekk ikun meħtieġ u biex ikunu jistgħu jitwieġbu mistoqsijiet (DPR-EC-01064.1).
Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?
Nipproċessaw id-data personali tiegħek, għaliex:
- inti tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal għan speċifiku wieħed jew aktar (l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725).
Għal attivitajiet ta’ pproċessar speċifiċi, il-kunsens tas-suġġett tad-data huwa meħtieġ. F’konformità mal-Artikolu 3(15) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kunsens irid jingħata b’mod liberu, speċifiku, infurmat u mhux ambigwu.
Aħna ksibna l-kunsens tiegħek direttament mingħandek, meta kont qed tabbona għas-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim.
- l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni (l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament 2018/1725).
F’konformità mal-baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja attwali, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar marbuta mal-ġestjoni tas-servizzi edukattivi fir-Rokna tat-Tagħlim u ta’ għodod oħra multimedjali u ta’ komunikazzjoni li jikkonċernaw l-Unjoni, sabiex iċ-ċittadini kollha jingħataw informazzjoni ġenerali dwar il-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, huwa kompitu tas-servizz pubbliku li jirriżulta mill-prerogattivi tal-Kummissjoni fil-livell istituzzjonali, kif previst fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
Liema data personali niġbru u nkomplu nipproċessaw?
Aħna niġbru d-data personali pprovduta meta jintuża wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim: l-isem, il-username, il-pajjiż, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-email, l-indirizz postali (f’każ li l-utent jordna l-pubblikazzjonijiet), u l-identifikaturi online (l-ID tal-apparat, l-indirizz tal-IP u/jew l-identifikatur tal-cookies).
Il-kategoriji tad-data pproċessati mill-applikazzjoni tal-EU Login huma deskritti fir-rekord rispettiv tad-DIGIT (ara ref. tal-Ġestjoni tal-Identitajiet u l-Aċċessi DPR-EC-03817).
Għandek l-għażla li tipparteċipa u tagħti l-kunsens biex tirċievi aktar informazzjoni u biex tiġi kkuntattjat għal kjarifiki u tweġibiet għal mistoqsijiet li jsiru. Jekk tipparteċipa, niġbru u nipproċessaw biss id-data li hija meħtieġa għal aktar kuntatt (jiġifieri ismek u l-indirizz tal-email tiegħek).
Għandek ukoll l-opzjoni li tipparteċipa u tagħti l-kunsens għall-ipproċessar tad-data tiegħek jekk tixtieq tordna l-pubblikazzjonijiet direttament mis-sit web tar-Rokna tat-Tagħlim. F’dan il-każ, id-data pproċessata se tinkludi ismek u n-numru tat-telefown, kif ukoll l-indirizz postali tiegħek, li huma meħtieġa biex jintbagħtu l-pubblikazzjonijiet li tixtieq tordna.
Jekk inti tipparteċipa u tagħti l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tad-data tiegħek sabiex tieħu sehem f’kompetizzjoni, id-data li trid tinġabar tkun dik li tkun strettament meħtieġa għat-tħaddim effettiv tal-kompetizzjoni u tkun speċifikata b’mod ċar.
Fl-aħħar nett, għandek l-għażla li tipparteċipa u tagħti l-kunsens jekk tixtieq tipparteċipa f’forum. F’dan il-każ, id-data pproċessata se tinkludi biss il-username meħtieġ biex tipparteċipa fil-forum.
Il-Kontrollur tad-Data jista’ jaqsam l-informazzjoni aggregata jew deidentifikata ma’ Direttorati tal-Kummissjoni oħrajn u/jew ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE jew partijiet terzi għal finijiet ta’ arkivjar, riċerka xjentifika jew statistika.
Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?
5.1 Data personali pprovduta meta jintuża wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim.
Id-data personali tinżamm sakemm ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ segwitu relatati ma’ wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim fir-rigward tal-għan(ijiet) tal-ipproċessar tad-data personali u mhux aktar minn sentejn (2) mid-data ta’ sottomissjoni tad-data.
5.2 Rapporti, dokumenti stampati u elettroniċi, inklużi r-rekords tal-ARES miżmuma mid-DĠ COMM
Ir-rekords kollha stampati u elettroniċi li jikkonċernaw il-korrispondenza ta’ kuljum u r-rapporti li jkun fihom data aggregata, inklużi r-rekords tal-ARES, jinżammu għal perjodu ta’ għaxar (10) snin skont il-Lista Komuni ta' Ritenzjoni fil-Livell tal-Kummissjoni (SEC (2019) 900/2). Dawn se jiġu arkivjati skont il-qafas legali tal-Kummissjoni u se jinħażnu fl-ARES (Sistema Avvanzata ta’ Rekords) taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Ġenerali (Għal aktar informazzjoni, ara l-Ġestjoni u l-preservazzjoni (fuq perjodu qasir u medju) tad-dokumenti tal-Kummissjoni ref. DPR-EC-00536).
Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, batches applowdjati ta’ data, eċċ.) jinħażnu fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali f’isem il-Kummissjoni, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mir-Regolament Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (GDPR).
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għal data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.
Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-istaff awtorizzat tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-kuntratturi tiegħu responsabbli mit-twettiq tal-operazzjoni tal-ipproċessar skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan l-istaff u l-kuntratturi jirrispettaw ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.
L-istaff awtorizzat tal-Kummissjoni għandu aċċess għad-data personali pprovduta minn utent li juża wieħed mis-servizzi tar-Rokna tat-Tagħlim, sabiex iwettaq azzjonijiet ta’ segwitu relatati.
Meta t-talba tikkonċerna pubblikazzjonijiet, l-isem tal-utent, l-indirizz postali, u n-numru tat-telefon jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, li jibgħat il-pubblikazzjonijiet mitluba permezz tal-kuntrattur tiegħu. (ara: DPR-EC-00449);
Jekk ikun rilevanti, kuntrattur jista’ jirċievi d-data personali pprovduta mill-utenti tar-Rokna tat-Tagħlim abbażi tal-ħtieġa ta’ tagħrif. Pereżempju, jekk il-Kummissjoni tikkuntratta s-servizzi tagħhom bħala segwitu għar-rispons, jew biex jgħinu biex jiġi moderat il-forum.
X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?
Għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fir-rigward ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar, tista’ teżerċita d-drittijiet li ġejjin:
- id-dritt ta’ aċċess għad-data personali tiegħek (l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt ta’ rettifika fl-każ li d-data personali tiegħek mhix preċiża jew mhix kompluta (l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt tat-tħassir tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- fejn japplika, id-dritt tar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt tal-portabilità tad-data (l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
Jekk inti tkun tajt il-kunsens tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar, inti tista’ tirtirah fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens tiegħek.
Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk hemm bżonn, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata fit-Taqsima 9.
Meta tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza(i) tar-reġistrazzjoni tagħhom kif speċifikat fit-Taqsima 10) fit-talba tiegħek.
Informazzjoni ta’ kuntatt
Il-Kontrollur tad-Data
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, l-Unità A.2 (COMM-A2ec [dot] europa [dot] eu (COMM-A2[at]ec[dot]europa[dot]eu)).
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni
Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICERec [dot] europa [dot] eu (DATA-PROTECTION-OFFICER[at]ec[dot]europa[dot]eu)) fil-każ ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri, tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edpsedps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk jidhirlek li drittijietek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.
Fejn tista’ ssib informazzjoni iktar dettaljata?
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register
Din l-operazzjoni tal-ipproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-03612.